Mill-Ġimgħa D-Dieħla, Ta’ Kuljum Se Jkunu Qed Jixxandru L-Episodji Favoriti Ta’ Come Dine With Me Malta

L-episodji ta’ Come Dine With Me Malta li ntlaqgħu l-iżjed tajjeb mill-udjenza Maltija matul dawn l-aħħar sentejn, se jkunu qiegħdin jerġgħu jixxandru mid-29 ta’ Ġunju fuq l-istazzjon TVM.

Fil-fatt, it-tim tal-produzzjoni ta’ Come Dine With Me Malta ħabbar ftit sigħat ilu li ta’ kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, se jkun qiegħed jixxandar episodju favorit.

S’issa, matul dawn l-aħħar sentejn, ixxandru żewġ staġuni ta’ Come Dine With Me Malta fejn fihom personalitajiet diversi, uħud diġà familjari fit-televixin Malti, għamlu li setgħu sabiex filwaqt li jgawdu l-esperjenza tagħhom fuq il-programm, bis-saħħa tal-ħiliet tat-tisjir tagħhom ikunu huma li jirbħu l-premju ta’ dik il-ġimgħa rispettiva.



Intom se ssegwu?





Ritratti:

Facebook / Come Dine With Me Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI