Il-25 Mewt Relatat Mal-Covid-19 Ġo Pajjiżna – Anzjan Ieħor!

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 lura għat-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess fejn baqa’ jingħata kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI