"Il-51 Anniversarju Mill-Ordinazzjoni Saċerdotali Tagħhom…" – Parroċċa San Sebastjan Lill-Mons. Dun Charles Cordina u Lill-Kan. Dun Vinċenz Borg

Fuq il-paġna Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi kitbu messaġġ biex jawguraw lill-Mons. Dun Charles Cordina u lill-Kan. Dun Vinċenz Borg li llum jiċċelebraw anniversarju ieħor mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom.

Huma kitbu, “Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lill-Mons. Dun Charles Cordina, ir-raba’ Kappillan tal-Parroċċa tagħna (1988-1995), u lill-Kan. Dun Vinċenz Borg li għada jiċċelebraw il-51 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom. Filwaqt li nifirħu magħhom għad-don tas-saċerdozju, inkomplu nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-Parroċċa tagħna. Ad Multos Annos!”

It-tim ta’ Gwida.mt jawguralhom mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI