Il-paġna Malta Diżastru Total ħabbret każ ta’ ħaddiem Malti li weġġa’ waqt li kien għaddej bil-ħidma tiegħu. Jidher li wara li beda jirkupra ftit, is-sid keċċieh ftit ġimgħat wara l-inċident li kellu. Hu sifra minn ksur fil-polz u ma jistax jaħdem aktar.
Ir-raġel għandu 59 sena u f’Mejju li għadda jidher li kellu inċident bit-trakk tax-xogħol. Għal dan is-sid talbu jħallas għall-ħsara li saret fil-makkinarju.
Fil-kummenti ħafna tkellmu favur il-ħaddiem u qalu wkoll li f’pajjiżna hawn trattament ħażin għall-aħħar mis-sidien u l-imgħallmin. Uħud għaddew minn esperjenza simili, u jgħidu li twaqqfu mix-xogħol minħabba inċident li kellhom.
Smajtu b’xi każ simili?