Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi Alisia Azzopardi Pavia u f’dan il-jum għażiż, ir-raġel tagħha jawguralha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Hu jaqsam ritratt tagħhom flimkien u erba’ kelmiet mill-qalb!
Hu jikteb, “Awguri f’għeluq sninek qalbi, int id-dar tiegħi, int kollox għaliha. Il-ħajja hija aħjar miegħek ħdejja, u ma nistax nistenna l-mumenti kollha li għad irridu ngħaddu minnhom flimkien. Inħobbok, prinċipessa.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza.
Awguri Alisia!
Facebook / Alisia Azzopardi Pavia