Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares tkellmu dwar tifla ta’ 9 snin li rnexxielha tiġbor somma sabiħa għal Puttinu Cares wara li organizzat fund raising.
Huma qalu, “Prosit kbira lil Naielle Briffa ta’ 9 snin. B’inizjattiva mill-isbaħ, Naielle organizzat fund raising għal Puttinu permezz ta’ bejgħ ta’ kotba, pjanti, brazzuletti magħmula minnha stess u anke home-made cupcakes. Bis-saħħa tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha, irnexxielha tiġbor is-somma sabiħa ta’ €1,620. Grazzi mill-qalb Naielle.”
Prosit kbira Naielle, persważ li ser tkun ta’ eżempju għal ħafna oħrajn!