“Dan Hu L-Ambjent Li Rridu Għal Qalbna? Aħrax Tara Riżorsa Naturali Unika Tintuża U Tiġi Abbużata B’Dan Il-Mod” – Is-Sindku Gabriel Micallef

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef tkellem dwar in-nuqqas ta’ rispett ta’ xi nies fejn għalkemm isiru bosta sforzi biex tinżamm l-indafa, jogħġobhom iħamġu l-ambjent tal-madwar.

Hu qal, “Bi fliexken tal-vodka, fire extinguishers, żibel kullimkien u platti użati apparti ħsara oħra dan kollu ġabru l-kuntrattur dedikat tagħna (Grazzi mmens Shawn Mangion). Apparti l-isforz li jsir mill-voluntiera. Rispett zero. Kemm ser indumu sejrin hekk? Dan hu l-ambjent li rridu għal qalbna? Aħrax tara riżorsa naturali unika tintuża u tiġi abbużata b’dan il-mod.”

Żied jgħid, “Il-wegħdi fuq rangers u infurzar ilhom isiru. Imma r-realtà għadha l-istess. Jiddispjaċini ngħidha imma din mhix kwistjoni ta’ llum. Ilna snin naraw l-istess abbuż. Wasal iż-żmien li nieqfu nitkellmu biss u nibdew naraw azzjoni konkreta mill-awtoritajiet konċernati.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI