"Il-Ħames Bejta Ta’ Dan Is-Sajf Ikkonfermata Fil-Bajja Tar-Ramla L-Ħamra F’Għawdex!" – L-Awtorità Tal-Ambjent U R-Riżorsi

L-Awtorità Tal-Ambjent U R-Riżorsi jħabbru, “Il-ħames bejta ta’ dan is-sajf ikkonfermata fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex! Voluntiera tan-Nature Trust lemħu l-fekruna għall-ħabta tas-2am waqt li kienu qed jagħmlu ronda ħdejn iż-żona tal-bejtiet.”

Huma jżidu, “L-ERA u n-Nature Trust marru immedjatament fuq il-post biex jipproteġu l-fekruna. Wara li lestiet il-bejta, ikkonfermaw li din il-fekruna hi Johanna permezz ta’ microchip. Din hija t-tielet bejta tagħha dan l-istaġun!”

L-Awtorità Tal-Ambjent U R-Riżorsi jiktbu, “Rajt fekruna jew bejta? Ċempel lill-ERA fuq 2292 3500 jew lin-Nature Trust fuq 9999 9505. Dawk li jixtiequ jissieħbu bħala voluntiera jistgħu jagħmlu kuntatt fuq turtle.ramla@gmail.com.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI