Il-Banana Jirritorna Fuq MasterChef Malta… Din Id-Darba Mhux Bħala Kontestant

Hekk kif bħalissa għaddej ġmielu l-filming tar-raba' staġun ta' MasterChef Malta, l-eks finalist Leigh Spiteri Chircop magħruf bħala l-Banana, jidher li reġa' rritorna fuq is-sett ta' dan ix-xow ikoniku.

Il-Banana kien ħa sehem fit-tielet edizzjoni ta' MasterChef Malta u kien irnexxielu saħansitra jasal sal-fażi finali. Matul dak l-istaġun hu kien kiseb l-ammirazzjoni u l-imħabba ta' bosta segwaċi bil-karattru ċajtier u simpatiku tiegħu.

Fuq il-midja soċjali dalgħodu l-eks finalist żvela li se jkun qed jirritorna fir-raba' staġun ta' MasterChef Malta "din id-darba mhux bħala parteċipant". Hu kompla jitkellem dwar it-taħlita ta' emozzjonijiet li ħass hekk kif reġa' rifes wara tant xhur fis-sett ta' MasterChef Malta li hu b'mod pożittiv jiddeskrivi bħala "il-post li biddilli ħajti".

"Kienet esperjenza stramba, emozzjonanti, u fl-istess waqt speċjali, għaliex ħassejtni tajjeb li erġajt lura wara dak il-bank tal-kċina," stqarr il-Banana b'reazzjoni għar-ritorn tiegħu fuq MasterChef Malta.

Ftit jiem ilu t-tim tal-produzzjoni kien ħabbar li beda l-filming tar-raba' staġun, bil-ġurija jidher li għal darb'oħra se tkun komposta minn Chef Letizia, Chef Pawlu kif ukoll Chef Victor.

Ritratti:

Facebook / MasterChef Malta u Leigh Spiteri Chircop

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI