Il-Bandiera Maltija Tperper Rebbieħa Hekk Kif Tirbaħ L-Isfida Fl-Aħħar Ftit Ħin

Aktar kmieni, ġibna artiklu li tistgħu tarawh HAWN fejn il-bandiera Maltija kienet qed tikkompeti kontra dik tan-Nepal sabiex tkompli fi triqtha biex tintagħżel bħala l-aqwa bandiera fid-dinja.





Il-bandiera Maltija kienet tinsab minn taħt sa’ qabel ma bdiet l-aħħar siegħa ta’ din il-votazzjoni imma l-persistenza tal-Maltin għenet sabiex il-bandiera Maltija dawret l-iżvantaġġ minn 46% billi rebħet b’54%. F’din il-votazzjoni vvutaw aktar minn 21 elf persuna!

Jidher biċ-ċar li l-Maltin ingħaqdu fl-aħħar ħin sabiex il-bandiera tagħna tperper rebbieħa u tgħaddi għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Min jaf min ħa jkun l-avversarju li jmiss tagħna?

Facebook / The Phoenicia Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI