Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-bars u l-każini ġew ordnati jibqgħu magħluqa matul Marzu iżda r-ristoranti se jitħallew jibqgħu miftuħa sa nofsillejl.
Il-bars ilhom magħluqa mid-29 ta’ Ottubru, filwaqt li r-ristoranti bħalissa għandhom jgħalqu sal-11pm. Iżda min-nhar it-Tnejn, jistgħu jibqgħu miftuħin sa nofsillejl.
Malta rat żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid-19 fl-aħħar jiem, u Onor. Fearne attribwixxa ż-żieda għar-riżultati tar-rapid tests li żdiedu mat-total ta’ testijiet.
Facebook/The Fizzy Tarte