ERA għadha kemm ħabbret ftit ilu li l-ewwel bejta tal-Ġnejna faqqset għal kollox b’total ta’ 79 fekruna. Dan wara li jumejn ilu l-istess bejta bdiet tfaqqas, b’26 fekruna fl-ewwel lejl!
ERA jiktbu, “Wara tlett iljieli impenjattivi, illum l-uffiċjali ddedikati tal-ERA u l-voluntiera tal-NTM fetħu l-bejta biex jiżguraw li l-fkieren kollha ħarġu, filwaqt li ġabru informazzjoni importanti għar-rekords ta’ konservazzjoni tagħna.”
Hu mistenni li nisimgħu b’sensiela ta’ avvenimenti simili, fejn il-bejtiet l-oħra jfaqqsu b’suċċess. “Grazzi lil kull min kien involut talli għamilha possibbli. Segwuna Ibqgħu magħna għall-ħames bejtiet li fadal!”
View this post on Instagram