Ninsabu ftit aktar minn 3 xhur ‘il bogħod mill-finali tal-Eurovision Song Contest li s-sena ser ikun qed isir ġewwa l-Iżvizzera. Bħalissa, d-djar tal-imħatri qed ibassru li l-Belġju ser ikunu qed jirbħu l-edizzjoni tas-sena. Jekk jiġri dan, ikunu qed jirbħu l-Eurovision għat-tieni darba wara 39 sena wara li rebħu l-edizzjoni tal-1986 permezz tal-iżgħar kantanta li qatt rebħet dan il-festival fl-eta ta’ 13-il sena. Sandra Kim kienet rebħet permezz tal-kanzunetta J’aime la vie.
Tajjeb li wieħed jgħid li l-kanzunetta tal-Belġju għadha mhix magħżulha u l-finali ser isir illejla. Bħala selezzjoni, għandhom waħda mill-aktar f’saħħithom għal din is-sena.
Nistennew u naraw, iżda sadanittant l-eċitament jibqa’ jiżdiet għal Malta Eurovision Song Contest li ser isir il-ġimgħa d-dieħla!
eurovisionworld.com