Wara l-belt kapitali ta’ Ċipru hija l-belt kapitali Maltija li tintlaqat mill-iżjed sigħat ta’ xemx matul is-sena kollha. Dan skont statistika li ġiet ippublikata matul dawn l-aħħar sigħat li weriet kif il-Belt Valletta tintlaqat minn medja ta’ 3,054 siegħa ta’ xemx f’sena sħiħa.
Ċipru, l-Italja, il-Portugall, il-Greċja kif ukoll Spanja huma fost dawk il-pajjiżi li wkoll jesperjenzaw għadd sostanzjali ta’ xemx matul is-sena kollha.
Min-naħa ‘l oħra hija l-belt kapitali Iżlandiża ta’ Reykjavík li tesperjenza l-inqas sigħat ta’ xemx b’medja ta’ 1,326 siegħa fis-sena.

Maps Interlude, Facebook / Valletta Ferry Services u Pexels