Il-Blues Ta’ Wara L-Vaganzi tal-Milied – Għaliex Inħossuna Mitlufa Wara L-Festi?

Għal ħafna nies, il-jiem ta’ wara l-Milied u l-Ewwel tas-Sena jkunu diffiċli kemm fiżikament u kemm emozzjonalment. Wara ġranet mimlija festi, mistrieħ u bidla fir-rutina, ħafna jsibu ruħhom iħossu dwejjaq, għeja jew sens ta’ vojt. Dan il-fenomenu huwa magħruf bħala l-post-holiday blues.

Raġuni ewlenija hija r-ritorn f’daqqa għar-realtà. Ix-xogħol, l-iskola u r-responsabbiltajiet jerġgħu jidħlu fir-rutina ta’ kuljum, waqt li l-moħħ ikun dera ritmu aktar kajman. Dan il-kuntrast jista’ jħalli sens ta’ telf jew qtigħ il-qalb.

Fattur ieħor huwa l-għeja fiżika u mentali. Il-festi spiss jinvolvu ikel żejjed, nuqqas ta’ rqad u ħafna impenji soċjali, li kollha jistgħu jaffettwaw l-enerġija u l-burdata. Barra minn hekk, wara perjodu ta’ ferħ u stennija, in-nuqqas ta’ avvenimenti x’wieħed iħares ’il quddiem lejhom jista’ jħalli sens ta’ vojt.

Importanti niftakru li dawn is-sentimenti huma normali u temporanji. Ritorn gradwali għar-rutina, dieta bilanċjatau u pjanijiet żgħar għall-bidu tas-sena jistgħu jgħinu biex dan il-perjodu jinħass inqas stressanti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI