“Il-Bniedem Li Nissel Fija L-Valuri Li Jiggwidawni” – Claudio Grech Jawgura Lil Missieru F’Għeluq Il-85 Sena Tiegħu

L-eks Membru Parlamentari u l-President attwali ta’ Valletta Football Club, Claudio Grech, qasam messaġġ mill-qalb f’għeluq il-85 sena ta’ missieru, Ċensu. Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Claudio rringrazzja lil missieru għall-valuri li tah tul ħajtu u li, fi kliemu, għadhom jiggwidawh f’dak kollu li jagħmel.

“Awguri f’għeluq il-85 sena lill-bniedem li nissel fija l-valuri li jiggwidawni f’dak kollu li nagħmel,” kiteb Claudio. Iżda jidher li Ċensu għadda lil ibnu wkoll imħabba oħra li għadha parti importanti minn ħajtu sal-lum – il-passjoni għal Valletta Football Club.

Claudio fil-fatt irringrazzja lil missieru talli nissel fih “l-imħabba u l-passjoni għal Valletta Football Club”, klabb li llum huwa stess imexxi bħala President. “Ad multos annos Ċens,” temm jgħid Claudio, flimkien mal-qlub bojod u ħomor, il-kuluri sinonimi mal-klabb Belti.

F’isem Gwida.mt, nawguraw lil Ċensu l-isbaħ xewqat f’għeluq il-85 sena tiegħu!

Ritratti:

Facebook / Claudio Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI