Surmast Tal-Iskola Jitkeċċa Wara Li Ħalla Student Bla Saqaf Fuq Rasu Jattendi L-Lezzjonijiet Xorta Waħda

Fl-Amerka, surmast tal-iskola tilef l-impjieg tiegħu wara li ġie magħruf li ħalla student li ma kellux saqaf fuq rasu jattendi l-lezzjonijiet xorta waħdu. Mistoqsi x'kienet ir-reazzjoni tiegħu wara li sar jaf bl-aħbar, l-eks surmast saħaq li hu min-naħa tiegħu m'għandu l-ebda dispjaċir għaliex jemmen li ħa d-deċiżjoni t-tajba.

Ġie magħruf kif xi snin ilu s-surmast ġie mgħarraf li wieħed mill-istudenti tal-iskola tiegħu kien se jkollu jitkeċċa għaliex ma kellux ġenitur b'indirizz fiss. L-istudent, min-naħa tiegħu, kien qed jaffaċja diversi problemi d-dar u għalhekk kien spiċċa bla saqaf mingħajr rasu. "Id-dar t'ommi ma kienx post sigur fejn noqgħod, u min-naħa 'l oħra, missieri kien qed jaffaċja ħafna problemi oħrajn," spjega l-istudent.

Meta s-surmast ra din is-sitwazzjoni ma felaħx joqgħod b'idejh fuq żaqqu u allura offra li jospita lill-istudent f'daru ħalli dan ma jibqax bla saqaf fuq rasu. Il-surm ukoll ħalla lill-istudent jattendi l-lezzjonijiet xorta waħda. Eventwalment, meta dan sar magħruf, is-surmast li kien ilu jaħdem fis-settur tal-edukazzjoni għal xi 31 sena, kellu jċedi l-impjieg tiegħu.

Ritratti:

Instagram / Pubity u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI