Il-paġna 'L-Aġġornament tat-Temp' għadha kif ħabbret li bħalissa hemm indikazzjonijiet li juru li min-nhar it-Tlieta li ġej, it-temperatura mhijiex se tkun qiegħda titla' iktar mill-medja, jiġifieri mhijiex se tkun ogħla minn 33°C.
Huma ħabbru dan hekk kif bħalissa pajjiżna għaddej minn mewġa ta' sħana oħra li qed twassal sabiex f'pajjiżna t-temperatura tinħass madwar 46°C.
Jekk dawn l-indikazzjonijiet huma korretti, mela allura dan ifisser li s-sħana tremenda li ilha taħkem lil pajjiżna matul dawn l-aħħar xhur tas-sajf se tkun qiegħda tnaqqas fl-estremità tagħha.
Facebook / Malta Info Guide u Pexels