Il-Kantanta Ingliża Dua Lipa Jaf Tkun Waħda Mill-Preżentaturi Ta’ Sanremo 2027

Diversi rapporti internazzjonali qed isemmu li jekk jintlaħaq ftehim, il-kantanta Ingliża ta' fama kbira Dua Lipa jaf tkun waħda mill-preżentaturi tal-festival Taljan Sanremo tas-sena d-dieħla.

Mas-segwaċi ta' dan il-festival, Dua Lipa mhijiex wiċċ ġdid hekk kif lura f'Sanremo tal-2020 hi kienet kantat il-kanzunetta ikonika tagħha 'Don't Start Now' bħala mistiedna speċjali.

S'issa jidher li għadu mhux magħruf f'liema lejla l-kantanta Ingliża se tkun qiegħda tippreżenta, jekk kemm-il darba jintlaħaq qbil bejnha u bejn it-tim tal-produzzjoni tal-festival.

Sanremo s-sena d-dieħla mistenni jsir bejn is-16 u l-20 ta' Frar.

Sors: Riviera Radio

Ritratti:

Instagram / @dualipa u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI