Il-BOV Jagħlqu Fergħa B'Mod Temporanju Wara Li Ħareġ Impjegat Pożittiv Għall-Covid-19

Membru mill-istaff tal-fergħa taż-Żejtun tal-Bank of Valletta ittestja pożittiv u kawża ta’ dawn l-iżviluppi, il-fergħa ingħlqet temporanjament. llum il-BOV qal ukoll li l-awtoritajiet tas-saħħa ġew infurmati għal skopijiet ta’ traċċar ta’ kuntatti sabiex jassiguraw li kollox jimxi kif suppost.

Il-klijenti qed jiġu mħeġġa biex jevitaw li jmorru fil-fergħat tal-bank sakemm ma jkollhomx bżonn assolut li jagħmlu dan. Huma jistgħu jinqdew b’servizzi tal-ATMs, BOV Pay u servizzi bankajri online.

Jekk wieħed għandu bżonn imur il-bank fuq self għad-djar, investimenti jew mistoqsijiet dwar il-kontijiet, ikun tajjeb li wieħed jagħmel appuntament billi jikkuntattja lill-BOV fuq info@bov.com jew iċempel fuq 21312020.

Facebook / BOV







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI