Il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-komunità kollha fi ħdan The Malta Trust Foundation xtaqu jesprimu ringrazzjament lejn Prof. Charmaine Gauci għal donazzjoni mill-isbaħ li preżentat.
“Nixtiequ nirringrazzjaw lil Charmaine Gauci talli ppreżentatilna donazzjoni f’isem St Luke’s Hospital. Grazzi għall-ġenerożità u l-appoġġ ta’ kull min kien involut, inġabret is-somma sabiħa ta’ €800!”
Il-messaġġ ikompli, “Permezz ta’ din il-kontribuzzjoni, ħafna tfal u adolexxenti b’diżabilità se jingħataw għajnuna u appoġġ permezz ta’ opportunitajiet u riżorsi ta’ valur.”
Prosit tassew!