Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kontinwament tagħti spazju lil ħaddieħor biex jesprimi ruħu u jaqsam l-esperjenzi tiegħu permezz tal-programmi tagħha. Dejjem lesta biex tappoġġja lill-oħrajn, kwalità li tinsab f’persuna li tant tammira, Fr. Hilary Tagliaferro.
“Nammirah wisq… u barka dejjem meta nkellmu – Fr Hilary Tagliaferro,” kitbet Maria. Qasmet anke ritratt għall-okkażjoni.
Ammirevoli kemm dawn iż-żewġ persuni li tant jagħmlu ġid!