Il-Brimbu “Jipprova Ma Jgħeriqx… Qiegħed Jipprova Ma Jintilifx” – X’Se Jiġri Llejla?

Davide Tucci, li jirreċta l-parti tal-Brimbu fuq Division 7, ta’ spiss iħobb jagħti xi ħjiel fuq l-episodju li jmiss.

Bħal ħafna karattri oħra ta’ Division 7, Il-Brimbu għaddej minn sitwazzjonijiet ġodda,” kiteb Davide din id-darba. “Qatt ma kien il-habs – fejn irid iħabbat wiccu ma’ kriminali oħra, fejn irid jimmarka it-territorju kif ukoll jagħzel ma’ min jitħabbeb u ma’ min jiksirha biex eventwalment – jipprova ma jgħeriqx.”





“Qiegħed jipprova ma jintilifx minn din it-triq li wassal lilu nnifsu fiha, triq li forsi tista’ tagħti ħjiel ta’ dawl ġdid fit-tmiem tagħha. Inti x’taħseb li qed jgħaddi minn moħħu?”



Se tarah illejla Division 7? L-episodju li jmiss se jixxandar fit-20:30 fuq ONE.

Facebook/Davide Tucci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI