Il-Covid Tieħu L-Ħajja Ta' Tliet Maltin Oħra!

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ġew imħabbra tliet imwiet oħra bil-Covid-19.

L-iżgħar wieħed minn dawn it-tlieta hu raġel ta' 67 sena li kien ikkonfermat pożittiv fil-5 ta' Novembru. Dan ir-raġel sfortunatament ħalliena kmieni illum f'Mater Dei. 



Raġel ieħor li kellu 70 sena miet ilbieraħ filgħaxija fl-isptar Mater-Dei. Dan kien ġie kkonfermat pożittiv fl-1 ta' Novembru. 

Każ ieħor kien dak ta' raġel li kellu 87 sena. Kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI