Leon Grech ġie eliminat mill-villa ta’ Love Island Malta jumejn ilu, u nistgħu ngħidu li l-assenza tiegħu, apparti nħasset minn sħabu l-islanders, kif ukoll mit-telespettaturi li qed isegwu x’qed jiġri.
Leon jitkellem waqt TVAM dwar l-esperjenza, il-mumenti li għadda minnhom, l-imħabba, u anke dwar il-familja. Il-preżentatriċi Dorianne Mamo staqsiet lil Leon dwar kemm hi importanti għalih il-familja.
“Il-familja importanti ħafna. Importanti li jkollok dawk in-nies li tista’ titkellem magħhom, u jitkellmu miegħek… ma’ min taqsam ħajtek,” jgħid Leon. Isemmi kemm-il darba lill-għażiż ibnu ta’ 6 snin, li jfisser id-dinja għalih.
Minkejja li Leon ma sabx dik il-konnessjoni b’saħħitha, jemmen li kien onest u kien trasparenti. “Kuntent noħroġ minn hemm naf li kulħadd għandu xi ħaġa ġenwina, u jien kont jien.”
Segwi l-programm dwar x’qal Leon dwar din l-esperjenza u aktar, billi tagħfas HAWN
TVMi/ TVAM