“Il-Fekruna Johanna Terġa’ Lura Biex Tbid It-Tieni Bejta Tagħha Għal Din Is-Sena.” – Wildlife Rescue Malta

Il-pjattaforma ta’ Wildlife Rescue Malta tħabbar aħbar sabiħa fejn fekruna bl-isem Johanna terġa’ titla tbejjet għat-tieni darba.

“Il-Fekruna Johanna terġa’ lura biex tbid it-tieni bejta tagħha għal din is-sena. Il-voluntiera tagħna li kienu fuq id-dmir jissorveljaw it-Tielet Bejta f’Ramla l-Ħamra, waqt li kienu qed jagħmlu l-patrol fuq il-bajja, raw fekruna Loggerhead tbid għall-ħabta tal-1:00 a.m.

Il-uffiċjali tagħna minnufih avżaw lill-awtoritajiet tal-ERA – Environment & Resources Authority, u ltqajna flimkien fuq il-post biex nikkonfermaw il-preżenza ta’ bejta.

Wara li spiċċa l-proċess kollu, il-fekruna ġiet iċċekkjata għal mikroċipp u b’sodisfazzjon kbir ikkonfermajna li kienet il-fekruna Johanna.

Dan iwassal it-total ta’ bejtiet għal erbgħa. Meta naħsbu li sal-istess ġurnata s-sena l-oħra konna għadna biss b’bejta waħda, min jaf x’għandu jġib il-bqija tal-istaġun…”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI