Il-Film Malti ‘Luzzu’ Imsemmi Fost L-Aqwa Tas-Seklu 21 Mill-Attur Patton Oswalt

Il-film Malti Luzzu qed ikompli jiġbed attenzjoni minn barra minn xtutna. Dan l-aħħar, l-attur u komiku Amerikan Patton Oswalt faħħar il-film u semmieh fost il-films favoriti tiegħu tas-seklu 21 f’lista maħluqa għas-sit New York Times.

Luzzu, taħt direzzjoni ta’ Alex Camilleri, jirrakkonta l-istorja ta’ sajjied Malti li qed jitħabat biex iżomm ħaj il-mod tradizzjonali tiegħu kif jaqla’ l-għixien f’nofs diffikultajiet ekonomiċi u tibdil ambjentali.





Il-film ġie premjat fil-festival ta’ Sundance u ġie mfaħħar għall-istorja realistika tiegħu, l-element qawwi uman, u l-mod sabiħ kif juri l-kultura tas-sajd f’Malta.

Impressjonanti kif f’din l-istess lista kien hemm ukoll films magħrufa bħal Children of Men, City of God, u Borat.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI