Betty Hanley Lee irnexxiela tegħleb il-marda tal-kanċer tas-sider, u taħdem fil-Breast Cancer Foundation. Din il-fondazzjoni volontarja taħdem biex tqajjem kuxjenza u tgħin lill-pazjenti fit-trattamenti tagħhom f’Malta u Għawdex. Hi tat lecture lil xi membri tal-Forzi Armati ta’ Malta biex tinkoraġixxi lin-nisa u l-irġiel biex ikunu aktar konxji u tagħtihom informazzjoni kif jistgħu jgħinu lil dawk f’mumenti diffiċli.
“Din il-lecture tat importanza ukoll li wieħed jagħmel testijiet fuqu nnifsu, check-ups regolari, kif tirriduċi r-riskju li jaqbdek, u x’għandek tagħmel għal ħajja aktar sana” kitbet il-paġna uffiċċjali tal-Forzi Armati.