Il-paġna uffiċċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta ħabbret li l-membri tal-forzi armati attendew pellegrinaġġ militarju internazzjonali f’Lourdes.
Fuq il-paġna kitbu, “Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bi kburija pparteċipaw fil-65 pellegrinaġġ militarju internazzjonali (IMP) lejn Lourdes, Franza. Flimkien ma’ forzi armati minn 40 pajjiż ieħor differenti, l-AFM ħadu sehem f’diversi ċelebrazzjonijiet solenni biex jenforzaw il-messaġġ tal-paċi, rikonċiljazzjoni, fraternità, u unità.”
Ippubblikaw diversi ritratti tagħhom bl-uniformi f’Lourdes, jitolbu mill-qalb u jirrappreżentaw lil pajjiżna bi kburija kbira.
Nirringrazzjawhom mill-qalb talli jirrappreżentaw lil pajjiżna b’dan il-mod u nawgurawlhom għal din l-opportunità speċjali li jiltaqgħu ma’ Forzi Armati minn pajjiżi differenti f’post ta’ paċi u talb.
Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)