Il-Fratellanza Madonna Tal-Karmnu Żurrieq Issellem Il-Memorja Ta’ Patri Adrianu

Patri Adrianu

Il-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq, imwaqqfa fl-1801, sellmet b’niket il-memorja ta’ Patri Adrianu, li ħalla din id-dinja biex jingħaqad mal-Missier Etern, flimkien ma’ San Ġużepp u l-Madonna tal-Karmnu, li tant kien iħobb u jqim.

Fi kliem ta’ tislima mimlija emozzjoni, il-Fratellanza fakkret il-preżenza tiegħu, li għal tant snin kienet parti mill-ħajja tal-komunità devota tal-Karmnu fiż-Żurrieq.

Patri Adrianu kien wiċċ familjari, partikolarment waqt iż-żmien tal-erbgħat tal-udjenza u matul il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, meta kien ikun dejjem preżenti quddiem il-kappellun ta’ Sant’Rokku.

Il-preżenza tiegħu kienet għadha tinħass sa din is-sena stess, u għalhekk it-telfa tiegħu tħalli vojt fost dawk kollha li kienu mdorrijin jarawh u jiltaqgħu miegħu.

Il-Fratellanza għalqet it-tislima tagħha bil-kliem, “B’dieqa kbira nsellmulek, Patri Adrianu, u itlob għalina mill-glorja tal-Ġenna.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI