Qed Tippjana Btala F’Londra Għall-Milied? L-Underground Se Jintlaqat Minn Diversi Strajks

Aħbar mhux daqstant pożittiva għal dawk kollha li qed jippjanaw btala f'Londra għax-xhur li ġejjin, inkluż matul iż-żminijiet tal-Milied.

Dan hekk kif il-ħaddiema tal-underground fil-belt ta' Londra għadhom kif ħabbru li bejn ix-xhur ta' Novembru u Frar se jkunu qed jagħmlu total ta' 8 strajks li se jdumu għal 24 siegħa sħaħ.

Jidher li dawn l-istrajks se jkunu qed isiru fis-26 ta' Novembru, fis-17 u fid-19 ta' Diċembru, fl-4 u fis-6 ta' Jannar, kif ukoll fis-17, fit-23 u fil-25 ta' Frar.

Siti barranin spjegaw kif il-ħaddiema se jkunu qed jagħmlu dawn l-istrajks fl-isfond ta' nuqqas ta' qbil dwar l-implimentazzjoni ta' ġimgħa ta' ħidma bbażata fuq erbat ijiem, minflok ħamsa.

Xerrdu dan l-avviż ħalli jieħdu nota tiegħu dawk kollha li kienu qed jippjanaw btala f'Londra fix-xhur li ġejjin.

Sors: The Sun

Ritratt:

Facebook / London Underground, Pexels u ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI