Il-fundatur ta’ Tableo u Bookia ħabbar li jinsab lest biex jgħin, kif jista’, lir-restoranti li ġew milquta mill-maltemp qawwi li laqat lil Malta u Għawdex fl-aħħar jiem, u li kkawża ħsarat estensivi f’diversi stabbilimenti.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu, hu appella lis-sidien ta’ dawn ir-restoranti biex jagħmlu kuntatt dirett miegħu jew inkella jgħaddu d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu lil min jaf li ġarrab ħsara, sabiex ikun jista’ jagħmel kuntatt magħhom hu stess u jara kif jista’ joffri l-għajnuna meħtieġa.
Hu spjega li diġà kellu diskussjonijiet mal-MHRA kif ukoll ma’ ACE, bil-għan li jikkordinaw l-isforzi tagħhom u jgħinu lill-membri affettwati biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom kemm jista’ jkun malajr.
Skont il-messaġġ tiegħu, l-għajnuna tista’ tieħu diversi forom, skont il-bżonnijiet ta’ kull każ, filwaqt li enfasizza l-importanza tas-solidarjetà fi żminijiet diffiċli bħal dawn għall-industrija tar-ristoranti u l-ospitalità.
Hu temm billi ħeġġeġ lil kulħadd jaqsam l-informazzjoni sabiex l-appell tiegħu jasal għand kemm jista’ jkun nies, u biex ebda stabbiliment li ġarrab ħsara ma jibqa’ mingħajr l-appoġġ li għandu bżonn.
Instagram / Bookia Malta