“Il-Ġimgħa Speċjali Tagħna Tibda Biċ-Ċelebrazzjonijiet Ta’ Għeluq Sninek…” – Quinton Scerri

Quinton u Kerstyl qed jiċċelebraw ġimgħa tassew speċjali. Huma waslu biex jgħidu s-signor si fil-jiem li ġejjin, iżda llum inserta li hu wkoll jum għeluq it-tfajla tal-preżentatur ta’ TVM.

F’dan il-jum għażiż hu kitbilha, “Hawn hi dik li ġġegħlni nidħak, nitbissem, nifaħ, nirrabbja imma fuq kollox inħossni maħbub! Grazzi tal-għożża u l-paċenzja tiegħek! Il-ġimgħa speċjali tagħna tibda biċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq sninek. Happy Birthday… għal aktar u aktar fis-snin li ġejjin.”

Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Kerstyl l-isbaħ xewqat. L-isbaħ xewqat mhux għal-lum biss imma għas-snin li ġejjin. Awguri.





Facebook / Quinton Scerri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI