Għadu kif tħabbar li l-grupp Ġermaniż CASCADA ser ikun parti mill-ispettaklu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena li ser isiru fil-Belt Valletta.
CASCADA jfakkarna f’kanzunetti popolari bħal Everytime We Touch, Evacuate The Dancefloor u Summer of Love, fost l-oħrajn. Il-kanzunetta Evacuate The Dancefloor lura fl-2009 kienet laħqet in-numru 1 fiċ-ċarts tar-Renju Unit.
Il-Ġermanja kienu bagħtu lil CASCADA biex jirrappreżentawhom ġewwa Malmo fil-Eurovision Song Contest 2013, bil-kanzunetta Glorious.
“Ingħaqad magħna hekk kif nilqgħu s-Sena l-Ġdida 2025 b’line up mill-aqwa ta’ wħud mill-aqwa talent lokali fosthom Ira Losco, Red Electric & Shaun Farrugia… Il-lejl se jibda b’Kevin Paul & Band.
Id-DJs Koroma, Miggy u D-Rey, li se jġibu l-aqwa atmosfera għas-Sena l-Ġdida!”
Is-serata ser ikun preżentat minn Taryn Mamo Cefai, Keane Cutajar, Owen Bonnici & Dorianne Mamo!
Facebook/ Cascada