Mark Anthony Bartolo, kantant u mużiċist fenominali jikkumenta dwar l-ikel.
“Il-ħtieġa li tnaqqas fil-piż mhix biss dwar li tiekol inqas jew tagħmel aktar eżerċizzju.
Tista’ tqabbilha bħal meta tiftaħ kamra li kienet magħluqa għal snin sħaħ.
Ma tmexxix biss l-għamara; iżda tiskopri wkoll l-emozzjonijiet li kienu bil-mod bil-mod qed jiġu mistura.
Mhux dejjem ikun il-ġuħ li qed jiġi kkomunikat. Xi drabi huwa l-istress. Xi drabi l-biża’. Xi drabi l-uġigħ.
Għalhekk mhix sempliċi.
Għax il-piż mhuwiex biss fiżiku.
U fl-aħħar, dak li verament jimporta mhuwiex numru iżda s-saħħa, il-bilanċ, u t-tagħlim kif tieħu ħsieb lilek innifsek, f’kull daqs u għamla.
Il-weekend it-tajjeb lil kulħadd.”