Il-ħames supermarkets ta’ Arkadia f’Malta, mill-lum se jkunu qed joperaw taħt il-marka SPAR, wara li l-Azzopardi Group akkwista l-katina mingħand Mizzi Organisation.
Il-ħwienet li jinsabu f’San Ġiljan, Għawdex, in-Naxxar, is-Swatar u l-Belt Valletta issa se jingħaqdu mas-16-il ħanut SPAR, EUROSPAR u INTERSPAR li diġà jinsabu madwar Malta. Dan l-iżvilupp ikompli jkabbar il-preżenza ta’ SPAR fis-suq lokali, wara tkabbir sostanzjali tal-katina f’dawn l-aħħar snin.
Azzopardi Group, magħruf ukoll għall-operat ta’ Azzopardi Fisheries, ilu mill-2016 bil-liċenzja esklussiva biex jirrappreżenta l-marka internazzjonali SPAR f’Malta. L-ewwel ħanut SPAR tal-grupp fetaħ f’Marsaxlokk sentejn wara. Il-grupp jopera wkoll il-katina Miracle Foods, li tispeċjalizza fost l-oħrajn fil-laħam, ħut u prodotti ffriżati.
Mizzi Organisation Finance PLC ikkonfermat fi stqarrija riċenti li l-ħwienet inbiegħu lil Malta Retailing Ltd, kumpanija sussidjarja ta' Azzopardi Group.
Facebook / SPAR Malta