Tħabbret Il-Mewt Tal-Eks Referee Joe Cassar Fl-Età Ta’ 79 Sena

Tħabbret il-mewt tal-eks referee Malti Joe Cassar, li kellu 79 sena u li għal diversi snin kien involut fix-xena tal-futbol lokali.

Cassar ikkontrolla 24 partita fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti bejn l-1985 u l-1993. L-ewwel partita tiegħu f’dan il-livell kienet dik tat-28 ta’ Settembru tal-1985 bejn il-Ħamrun u Birkirkara.

Imwieled fl-Imsida fit-22 ta’ Novembru tal-1947, matul il-karriera tiegħu Cassar serva wkoll bħala assistent referee f’logħbiet tal-UEFA. Il-ħidma tiegħu bħala referee kienet parti minn snin twal ta’ involviment fil-futbol Malti, kemm fix-xena lokali kif ukoll f’logħbiet fuq livell Ewropew.

Kondoljanzi lill-familjari u l-qraba tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Strieħ fis-sliem, Joe. 

Ritratti:

Fb/ Malta Football Association

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI