“Għaliex Għadna Ma Sibniex Dar Għalik?” – AAA 

F’filmat emozzjonanti li qasmu fuq il-midja soċjali, Mona tidher qed tirċievi ħafna mħabba u attenzjoni mingħand waħda mill-persuni li tieħu ħsiebha fis-santwarju.

Oh sweet Mona, why didn't we manage to home you?” kitbu l-AAA, hekk kif appellaw lill-pubbliku biex jaqsam il-filmat tagħha bit-tama li jasal għand il-persuna t-tajba.

Mona tidher tassew kuntenta bl-attenzjoni li qed tingħata, iżda xorta għadha qed tistenna dik il-ġurnata li fiha tkun tista’ tħalli s-santwarju u tibda kapitlu ġdid ma’ familja ġdida.

Kull għajnuna tgħodd u forsi share wieħed jista’ jwassal sabiex Mona finalment issib id-dar li tant ilha tistenna. B’hekk jekk jogħġobkom xandru dan il-messaġġ. 

Ritratti:

Fb/ AAA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI