Kull min qasam bejn Malta u Għawdex ilbieraħ sabu sorpriża tistenniehom. Din kienet id-dehra tal-jott lussuż li kien sorġut ħdejn Kemmuna. Jidher li dan il-jott lussuż hu ta’ Bernard Arnault, is-sid ta’ Louis Vuitton.

Il-biljunarju ta’ 71 sena huwa s-sid ta’ lista estensiva ta’ marki high-end fosthom Louis Vitton, Christian Dior, Tiffany & Co, Bvlgari, Hublot, Zenith, Moet & Chandon, Chateau Cheval Blanc u ħafna aktar marki esklussivi.
Symphony, li hu rrappurtat li hija proprjetà tal-kumpanija rreġistrata Maltija, Sonata Yachting, kumpanija sussidjarja ta’ LVMH kienet iddisinjata mid-disinjatur tal-jott leġġendarju Tim Heywood u hija mifruxa fuq sitt gverti, u hija kapaċi tospita aktar minn 20 mistiedna f’sitt staterooms, inkluż wieħed VIP kabina, stateroom tas-sid doppju u kabini esklussivi fuq in-naħa t’isfel.
Din mhix l-ewwel darba li l-biljunarju Bernard Arnault u l-mega jott tiegħu Symphony dehru madwar il-gżejjer Maltin, bl-aħħar żjara saret 3 snin ilu. Symphony huwa meqjus wieħed mill-aqwa jottijiet privati esklussivi fid-dinja.
Facebook / Bernald Arnault