IL-kantant lokali Ivan Grech qasam ritratt tiegħu mill-passat, li ċertament iġiblu taħlita ta’ diversi memorji. Waqt li qasam dan ir-ritratt, xtaq anke jikteb appell minn tiegħu.
F’dinja mimlija emozzjonijiet differenti, qatt mhu biżżejjed li nisimgħu kliem ta’ inkoraġġiment u empatija. Ivan juża l-midja soċjali għal dan l-għan ukoll.
Hu jikteb, “Wieħed m’għandu qatt isofri waħdu u jżomm ġo fih… hawn nies li jisimgħu mingħajr preġudizzju… ejjew ma naqtgħux qalbna mill-empatija, għax teżisti bil-kbir… Kulħadd iġorr piż, u jkun eħfef meta taqsmu ma’ ħaddieħor… Xi ħadd, x’imkien jimpurtah.”
Kliem tad-deheb li kapaċi jkun ta’ kuraġġ kbir.
Facebook/ Ivan Grech