Il-Kantawtriċi Rita Pace Tniedi L-Kanzunetta Tal-Milied Bl-Isem Ta' All I Need!

All I Need hija kanzunetta ġdida tal-Milied, fuq kliem u mużika ta Rita Pace u interpretata minnha stess li qed tindaqq bħalissa fuq l-istazzjonijiet tar-radju Maltin. Din il-kanzunetta hija dwar kemm hi faċli li ninsew l-iskop veru tal-Milied, u li hu dwar tarbija li twieldet fil-faqar, ‘il bogħod mill-materjaliżmu li spiss naljenaw rasna bih.

Waqt li ħafna nies ikunu għaddejjin biċ-ċelebrazzjonijiet u xiri ta’ ħwejjeġ ġodda, tiżjin u affarijiet oħra li jġib miegħu dan l-istaġun, kultant ninsew li hemm nies li qed ibatu fis-skiet ghal diversi raġuni, inklużi dawk li qed ibatu s-solitudni jew neqsin mill-imħabba. Hawn min ukoll dil-festa tfakkru f’xi telfa jew esperjenza negattiva allura jħossu maqtugħ mill-ferħ li jħossu nies oħra.

Din il-kanzunetta turi kif fil-verità l-uniku bżonn l tassew  għandhom dawn in-nies huwa tal-imħabba biex it-tbatija tagħom tonqos. Din il-kanzunetta għandha produzzjoni ta’ Marco Debono.





Kurt Borg Coppini – Facebook / Rita Pace 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI