Il-Kap Tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech Jiċċelebra Għeluq Sninu Llum

Illum hi ġurnata speċjali għall-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Il-mara għażiża tiegħu AnneMarie Grech kitbitlu messaġġ mill-qalb biex tesprimi l-imħabba tagħha lejh.

Hi kitbet fuq il-paġna uffiċjali tagħha, “Illum niċċelebraw lilek. Grazzi tas-sapport u l-imħabba li għandek lejn il-familja tagħna.” Flimkien ma’ dan il-messaġġ ippubblikat ukoll ritratt tagħhom mgħannqin flimkien bi tbissima ħelwa fuq fommhom li turi biċ-ċar l-imħabba ġenwina ta’ bejniethom. Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlu f’għeluq sninu.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu xewqat sbieħ f’din il-ġurnata tant speċjali fejn qed jiċċelebra għeluq sninu, u nixtiequlu iżjed snin ta’ hena u ferħ imdawwar mal-familja u l-ħbieb għeżież tiegħu. Awguri!





Facebook / AnneMarie Grech



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI