Il-Kardinal Mario Grech Għadu Kif Ġie Nnominat Mill-Papa Ljun XIV Biex Isir Kardinal Legat

Ilbieraħ il-Vatikan ħabbar li l-Kardinal Mario Grech ġie nnominat mill-Papa Ljun XIV innifsu sabiex iservi bħala kardinal legat.

Il-kariga ta’ kardinal legat hija waħda relattivament għolja fi ħdan il-Knisja u permezz tagħha kardinal jintbagħat sabiex iwettaq missjoni partikolari għan-nom tal-Papa nnifsu.

Il-paġna Gozo Cathedral spjegat li din in-nomina qed issir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi speċjali tal-ħamsin anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Inkwatru Titulari f’Awwissu tal-2025.





Prosit, Kardinal Grech!

Sors: Facebook / Gozo Cathedral

Ritratti: Wikipedia / Mario GrechNCR Online u Wikipedia / Pope Leo XIV



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI