F’mumenti diffiċli, l-appoġġ u l-kliem ta’ kuraġġ jistgħu jagħmlu differenza kbira. Dan hu l-messaġġ sabiħ li wassal ix-Xewkija Tigers F.C lill-plejer tiegħu Denzil Bugeja, wara li għadda minn operazzjoni li rnexxietlu.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, il-klabb awguralu fejqan ta’ malajr, filwaqt li assigurah li mhux se jkun waħdu f’dan il-vjaġġ lejn l-irkupru. “Il-klabb kollu jinsab warajk f’kull pass,” kittel ful il-mezzi soċjali l-klabb, biex Denzil jibqa’ b’saħħtu u ma jaqtax qalbu, ħalli jekk Alla jrid, jirritorna b’saħħtu, aktar minn qatt qabel.
Għal plejer, il-grawnd ikun ħafna aktar minn sempliċi post fejn jilgħab il-futbol; ikun post fejn jgħix il-passjoni tiegħu, jaqsam mumenti ma’ sħabu u jagħmel dak li jħobb. Għalhekk, ir-ritorn tiegħu jkun mument ta’ ferħ mhux biss għalih, iżda wkoll għal dawk kollha li qed jistennewh lura.
Aħna ningħaqdu max-Xewkija Tigers F.C u nawguraw lil Denzil fejqan ta’ malajr. Jalla kull jum iressqu pass eqreb lejn il-mument li jerġa’ jilbes il-flokk u jinżel fil-grawnd!
Facebook/Xewkija Tigers F.C.