Dawk li għandhom il-klieb jafu kemm verament jagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom, speċjalment meta jkun service dog. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qasmet messaġġ mas-segwaċi tagħha relatat ma’ dan.
Hi qalet, “Il-klieb jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta' ħafna nies! Kuntenta li rajt inizjattiva tas-Service Dogs Malta Foundation, b’appoġġ mill-iskema SIS, li tiffoka fuq l-użu tal-klieb fit-terapija fl-appoġġ lil persuni b’diżabilità b’enfasi partikolari fuq l-iskejjel, filwaqt li tagħti prijorità lill-ħarsien u l-benesseri tagħhom, l-iġjene, il-kura veterinarja u aspetti oħra relatati mad-drittijiet tal-annimali.”