“Nies Jitkarbuli Għall-Għajnuna Biex Isewwu L-Klieb. Jgħiduli Li Qed Jintalbu Aktar Minn €300 Għal Kelb Żgħir U Aktar Minn €450 Għal Kelb Ikbar” – Althea Galea

L-attivista Althea Galea tkellmet dwar il-prezzijiet għolja wisq li n-nies qed jintalbu biex isewwu l-klieb tagħhom.

“Nies jitkarbuli għall-għajnuna biex isewwu l-klieb tagħhom. Jgħiduli li qed jintalbu aktar minn €300 għal kelb żgħir u aktar minn €450 għal kelb ikbar. Għal min bilkemm ilaħħaq mal-kontijiet, dawn huma spejjeż li ma jiflaħx għalihom,” hi kitbet.

“U għal min għandu kelb li mhuwiex bully mix, fejn hi l-għajnuna? Fejn hi kampanja nazzjonali ta’ tiswija aċċessibbli għal min għandu bżonnha? Kif tridu ssolvu l-problema meta mhux noffru prevenzjoni.”

Althea kompliet tgħid, “Il-Gvern għandu jniedi kampanja sussidjata ta’ tiswija tal-klieb, b’kollaborazzjoni mal-veterinarji u b’kriterji ċari li jgħinu lil min ma jiflaħx iħallas u specjalment dawk tal-ghelieqi!”

Ritratt:

Facebook / Althea Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI