Rockstar Qed Tbigħ Supercar Bħal Dik f’GTA VI, Għal Aktar Minn Miljun Dollaru

Bħallikieku l-eċċitament madwar GTA VI ma setax ikun akbar, Rockstar qed tbigħ supercar reali – meħuda mil-logħba – għas-somma ta’ $1.3 miljun. Rockstar Games ingħaqdet ma’ West Coast Customs biex toħloq verżjoni reali u personalizzata tal-Grotti Cheetah.

Il-karozza se tinbiegħ permezz ta’ Selfridges, katina ta’ ħwienet kbar fir-Renju Unit. Din hija l-karozza li kull resident ta’ Vice City jixtieq ikollu f’idejh.

Il-karozza hija miżbugħa b’kulur blu li jinbidel fi vjola u mbagħad f’roża. Se jkun hemm xufier wieħed kuntent ħafna fl-aħħar ta’ dan kollu – iżda se jkun hemm miljuni ta’ plejers ferħana madwar id-dinja meta l-logħba toħroġ fid-19 ta’ Novembru.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI