“Awguri F’Għeluq Sninek Missier. M’Hemmx Kliem Biex Jesprimi Kemm Tfisser Għalija” – Geordie Debono S Sanchez

Illum hu għeluq snin is-Surmast George Debono, missier il-mużiċista Geordie Debono. F’dan il-jum speċjali, Geordie kiteb kelmtejn mill-isbaħ b’dedikazzjoni.

“Awguri għall-għeluq il-71 sena tiegħek, Papà!” hu kiteb. “71 sena ta’ ħajja, memorji, lezzjonijiet u mumenti bla għadd li sawru l-persuna li int illum. Jien grat għal kull ma għamilt miegħi, għas-sagrifiċċji li għamilt u għall-valuri li għaddejtli.”

“M’hemmx kliem li jista’ verament jesprimi kemm int għażiż għalija. Nawguralek ħafna saħħa, hena, paċi u ħafna snin oħra sbieħ. Gawdi l-jum speċjali tiegħek, Papà. Jixraqlek l-imħabba kollha tad-dinja. Awguri għall-71 sena! Inħobbok, Papà!”

Ritratt:

Facebook / Geordie Debono S Sanchez

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI