Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, il-mużiċist Muxu sellem il-memorja ta’ Jan li sfortunatament ħalla din id-dinja ftit jiem ilu.
Hu qal, “Jan, il-kuġin tiegħi, l-aqwa ħabib tiegħo, ħija li dejjem xtaqt, l-isbaħ ruħ li kont fortunat li kbirt magħha! Din tal-qsim il-qalb. Int kont l-ewwel persuna li ħassni sigur inkun verament jien innifsi magħha, u ma nafx il-ħajja mingħajrek. Meta l-ħajja kienet diffiċli, kont dejjem hemm, tagħmel ċert li nidħku u jħossna aħjar. Kont l-ikbar cheerleader ta’ kulħadd, dejjem ħsiebek biex kulħadd ikun jaf li hu maħbub.”
Żied, “Għamilna wisq flimkien meta konna qed nikbru, u qatt ma kelli nitgħallem kif ngħix mingħajrek. Dan se jkun proċess twil ta’ fejqan. L-aktar persuna tad-daħk li naf, wieħed mill-aktar persuni favoriti tiegħi. Wisq, wisq, wisq, qalbek tajba b’wisq imħabba x’tagħti! Mill-ewwel band tagħna ‘The Funky Boys’, sal-ġranet tagħna l-iskola, l-ħbieb immaġinarji li kellna, għas-serata animata li konna nġiagħlu lill-familja tagħna jħallsu biex jaraw, għixna flimkien Londra, Emily u Lucy, Beyonce u Shakira, Kuzzbuzz.”
Qal ukoll, “L-avventuri li għaddejna minnhom u kbirna minnhom flimkien ma jispiċċawx. Dejjem kien jirnexxielek tnissilli tbissima! Ma jista’ jeħodlok postok ħadd, u ser tibqa’ għal dejjem ħaj ġewwa qalbi, bl-imħabba kollha li għandi għalik, sakemm ikun imiss lili biex niġi ħdejk.”
Kompla billi qal, “Ziju Chris u Zija Christine, inħobbukom ħafna u grazzi talli tajtu lili u lil Jan ħafna memorji mill-isbaħ li dejjem ser jibqgħu f’qalbi. Lil dawk kollha li għamlu kuntatt, u taw għajnuna lill-familja tiegħi fl-aħħar ftit jiem, grazzi ħafna. Jekk jogħġobkom, agħtu tgħanniqa lil dawk li tħobbu, għidulhom li tħobbuhom, qatt ma tafu kemm dawn jistgħu jfissru għalihom!”
Kondoljanzi minn qalbna lill familjari kollha tiegħu.