Fil-viċin nibdew naraw il-kuluri tar-rebbieħa jieħdu l-ħajja u dan jista’ jsir jekk naħsbu minn issa. Kif? Faċli ħafna, wieħed jista’ jibda jaħseb sabiex jiżra pjanti differenti ta’ żrieragħ u b’hekk wieħed jibda wkoll jipprepara l-basal tal-fjuri tas-sajf bħal Dahlias, Ranunculous, Freesias, Iris u Gladioli. Il-ġmiel ta’ dawn il-fjuri hu wieħed li tista’ tgħid jitpaxxa bihom kulħadd.

Aħna nħeġġukom li żżuru Piscopo Gardens fejn ħa ssibu għażla mill-isbaħ ta’ pjanti staġjonali bħal Petunias, Tagetes, Antirrhinum li huma disponibbli sabiex inkunu nistgħu nibdew inħejju l-gallariji tagħna biex nagħmluhom qishom splużjoni ta’ kulur għall-istaġun li ġej. Barra minn hekk, hemm is-sardinell tradizzjonali li jibqa’ popolari u fjuri oħra bħal Stella Maris barra pjanti perenni oħra.

X’tista’ ssib aktar biex tibda tiżra f’dan iż-żmien? Min jixtieq ikabbar il-ħxejjex importanti li jkollok lottijiet ta’ nebbieta tal-ħxejjex li issibhom disponibbli f’dan iż-żmien tas-sena – allura ħejji dawk il-qsari u l-għelieqi sabiex fis-sajf li ġej int u l-familja tiegħek ikunu jistgħu jgawdu mill-prodotti li tkun ħżint, ftakar li tiżra’ taħsad.

Żomm f’moħħok dak il-famuż bbq u l-ħwarwar li jtejbu l-ikel tiegħek issa ż-żmien li tibda taħseb fihom ukoll! Aħseb biex tuża l-ispazju tiegħek billi tuża l-qsari forma ta’ torri li jippermettulek li jkollok aktar pjanti f’post iżgħar biex b’hekk tkun tista’ jkollok ġabra sħiħa u mimlija b’kull pjanta li tixtieq.

Dawk li jħobbu l-pjanti aktarx indunaw li hawn bidla fid-disponibbiltà tal-pjanti fis-suq – ħafna pjanti tropikali ta’ ġewwa li qed isiru disponibbli fis-suq fejn nistgħu naraw pjanti sbieħ, ġodda u faċli biex nieħdu ħsieb pjanti b’weraq mill-isbaħ bħall-Aglaonema.

Dawn huma pjanti ta’ ġewwa li jeħtieġu dawl qawwi indirett u tisqija minima. Tajjeb għal dawk li forsi ma tantx imorru tajjeb mal-pjanti iżda jħobbuhom xorta u jkunu jixtiequ li jsebbħu bihom. Kif ħa tieħu ħsieb dawn il-pjanti? Faċli ħafna, dawn tħallihom jinxfu sewwa bejn tisqija u oħra, u mbagħad ħallihom jimlew darek bis-sbuħija tagħhom.

Kif tistgħu taraw hemm bosta attivitajiet x’nagħmlu fil-ġnien inkluż mat-tfal u tajjeb li nibdew inrawmuhom iħobbu l-pjanti, is-siġar u l-fjuri għax huma l-futur ta’ għada! Ideat tajbin u żgħar li wieħed jista’ jibda bihom huma kits ta’ ħwawar għat-tfal kif ukoll siġar tal-frott u bosta possibbiltajiet oħra.

Inħeġġukom biex titkellmu mal-ħaddiema għand Piscopo Gardens u jkunu jistgħu jagħtukom l-aqwa direzzjoni possibbli.